Filmat. L-attakk fil-Mali – jibdew 3 ijiem ta’ luttu nazzjonali

Il-Mali beda tliet ijiem ta’ luttu nazzjonali wara l-attakk minn militanti Iżlamiċi nhar il-Ġimgħa f’lukanda fil-kapitali Bamako. Fl-attakk fil-lukanda Radisson Blu inqatlu 19-il persuna.

Truppi tal-Mali u internazzjonali, daħlu fil-lukanda biex jeħilsu t-turisti u l-impjegati li kienu qed jinżammu ostaġġi. Riżultat ta’ dan inqatlu żewġ irġiel armati.

Żewġ gruppi Iżlamisti separati qalu li wettqu huma l-attakk. Investigaturi għad iridu jiddeterminaw in-numru u n-nazzjonalità tal-aggressuri. Qed jingħad li wieħed miż-żewġ aggressuri li nqatlu kien qed jitkellem bl-Ingliż waqt l-attakk.