Barranin
Filmat: L-Awstrija twissi b’riskju ta’ blackout fl-Ewropa – “aħżnu l-ikel u l-ilma”

Il-Minisru għad-Difiża Awstrijakk wissa liċ-ċittadini tiegħu bi blackout enormi li jista’ jseħħ fil-ħames snin li ġejjin u qal li dan jista’ jħalli miljuni ta’ ċittadini Ewropej mingħajr provvista tal-elettriku għal bosta ġimgħat.

Fl-aħħar ġimgħat l-Awstrija wissiet b’mod urġenti liċ-ċittadini tagħha li l-pajjiż jista’ jispiċċa mingħajr il-provvista tal-elettriku. F’avviż uffiċjali, ħeġġiġhom biex f’każ li l-pajjiżi jispiċċa f’din is-sitwazzjoni, jibda jaħżen ikel, ilma, batteriji u fjuwil għal mill-inqas ħmistax li l-pajjiż jagħmel mingħajr elettriku.

Rapporti fil-midja internazzjonali li janalizzaw b’reqqa s-suq tal-enerġija qalu li l-kriżi fis-settur tmur lil hinn miż-żieda qawwija fil-prezz tal-kontijiet tad-dawl li qed iħabbtu wiċċhom magħhom il-familji Ewropej.

Ingħad li bosta gvernijiet diġà qegħdin iwissu lill-popli tagħhom li mhux biss jridu jħallsu ħafna iktar għall-konsum tal-elettriku iżda agħar minn hekk jistgħu ma jħallsu għall-ebda konsum f’każ li l-kontinent jispiċċa mingħajr il-provvista tal-elettriku.

L-analisti qegħdin isostnu li r-riskju huwa ferm akbar minn dak li jaħsbu l-popolazzjonijiet b’mod ġenerali.

Ingħad li f’Jannar li għadda, l-Ewropa kienet fix-xifer li ssofri minn blackout enormi. Il-każ seħħ fit-8 ta’ Jannar meta l-Ingilterra, Franza u l-Italja kienu se jispiċċaw bi qtugħ fil-provvista tal-elettriku mal-pajjiż kollu. Fil-fatt l-Ingliżi kellhom jieħdu miżuri bla preċedenti biex jipprovdu l-elettriku fil-pajjiż. Qalu li dan kien wieħed mill-ewwel sintomi tal-kriżi tal-enerġija bl-esperti jbassru li l-Ewropa kienet se tkun minn tal-ewwel li tintlaqat minn din il-kriżi.

Sostnew li waqt li d-domanda għall-enerġija qed tiżdied b’mod qawwi, l-enerġija ġġenerata minn għejjun li jiġġeddu mhumiex biżżejjed biex iwieġbu għal din id-domanda.

L-esperti qalu li kien biss il-gvern Awstrijakk li għażel li jitkellem daqshekk fil-miftuħ maċ-ċittadini tiegħu dwar ir-riskju reali li l-Ewropa tispiċċa mingħajr il-provvista tal-elettriku.

Permezz ta’ filmat ta’ madwar ħames minuti u b’għadd ta’ struzzjonijiet speċifiċi, l-Armata Awstrijaka spjegat liċ-ċittadini tagħha x-xenarju li jistgħu jħabbtu wiċċhom miegħu u x’għandhom jagħmlu f’sitwazzjoni bħal din.

Fost oħrajn elenkaw l-għeluq ta’ diversi mini u infrastruttura oħra li ċ-ċittadini jagħmlu użu minnha ta’ kuljum. Iżda skont il-ministru tad-difiża Awstrijakk, il-blackout huwa biss il-bidu tal-problema għax biex tiġi rrestawrata l-provvista u jerġgħu jibdew jitħaddmu is-sistemi tat-telefonija, l-internet u infrastruttura oħra jkun jeħtieġ aktar żmien.

Iwissi wkoll dwar il-qtugħ fis-servizz tal-ATMs, mobile phones, netwerk tal-ferroviji, liftijiet, provvista tal-ilma u impjanti tat-trattament tal-ilma, sistemi ta’ arja kkundizzjonata fost oħrajn… bil-konsegwenzi jiġu elenkata f’mistoqsija liċ-ċittadini Awstrijaċi: “Qatt ħsibt li kollox jiddependi mill-elettriku?”.

Iżda jekk kien hemm xi ħaġa allaramanti f’din it-twissija kienu l-miżuri li s-suldati rrakkomandaw lill-popolazzjoni Awstrijaka li turi ritratt bħal donnu meħud minn xi film apokalittiku. “Radju li jaħdem bil-batteriji, xemgħat, torċijiet, żewġ litri ilma għal kull persuna għal perjodu ta’ bejn tlieta u ħamest ijiem, ikel għal ġimagħtejn, flus kontanti, mediċini u bosta affarijiet oħrajn.

“Ħadd ma jaf eżatt x’jista’ jiġri f’każ ta’ blackout. Li hu żgur hu li s-sitwazzjoni se ttul biex tiġi lura għan-normal”, temm l-ewwel messaġġ uffiċjali minn pajjiż Ewropew bi twissija li l-esperti Ewropew jafi li se tiġri. L-unika mistoqsija tkun, il-meta.