Lokali
FILMAT: merħba emozzjonali għal Claudia mal-wasla f’Malta – ma teskludix li terġa’ tieħu sehem

Waslet Malta llejla d-delegazzjoni Maltija li kienet qed takkumpanja lil Claudia Faniello fil-Eurovision Song Contest f’Kiev. Il-kantanta Maltija li dehret emozzjonata ħafna ntlaqghet mill-Ministru ghall-Kultura Owen Bonnici, kif ukoll minn grupp ta’ nies li ngabru fl-ajruport.

F’kummenti li tat lil TVM, Faniello qalet li l-esperjenza li ħadet matul dawn il-ġimagħtejn se tibqa’ ġġorrhom tul il-karriera tagħha u qed tikkunsidra li terga’ tieħu sehem fil-Malta Eurovision Song Contest fis-snin li ġejjin.

Il-Kap tad-Delegazzjoni Maltija John Bundy qal li minkejja r-riżultat miksub ma kienx wieħed pożittiv, xorta jinsab kuntent bil-wirja tal-kantanta, mhux biss meta interpretat il-kanzunetta, imma wkoll tul l-andament tat-tħejjijiet u fl-impenji tagħha.