FILMAT: Mill-monti tal-Belt għal monti Spanjol tas-seklu 15 għal Assassin’s Creed

Attività sħiħa fi Triq il-Merkanti jew kif inhi magħrufa aħjar bħala t-triq tas-suq tal-belt li matul il-jum qed jieħu s-sura ta’ monti Spanjol tas-Seklu 15 għal ġbid tal-film Assassin’s Creed.

Ritratti esklussivi għal tvm.com.mt juru l-‘props’ li qed jintramaw fi Triq il-Merkanti biex tinbena x-xena tal-monti li se jintuża f’din il-produzzjoni ċinematografika.

It-triq li ilha magħluqa għall-pubbliku mit-Tnejn li għadda qed tinbidel f’monti fi Spanja ta’ żmien is-seklu 15, xena li tifforma parti prinċipali fil-logħba sinonima mal-kompjuters. Bla dubju din se tkun xena importanti għall-film li se jibda jinġibed hawn Malta fi tmiem il-ġimgħa.

L-attur prinċipali tal-film Michael Fassbender diġà jinsab Malta, u diġà saru diversi tħejjijiet għall-ġbid ta’ dan il-film. F’kumment lil dan is-sit, id-direttriċi tas-sett qaltilna li f’dawn il-jiem irid jitlesa l-bini tas-sett għaliex il-ġbid f’din it-Triq se jsir min-nhar il-Ħadd sat-Tlieta ta’ wara. Tvm.com.mt  jinsab infurmat li l-maġġoranza tal-filming f’dawn it-tlett ijiem se jsir minn fuq il-bjut tal-binjiet ta’ din it-triq.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Illejla qed jiġi inawgurat il-presepju tradizzjonali Malti fi Vjenna. Dan il-presepju se jkun esibit f’wieħed mill-ikbar swieq tal-Milied fl-Ewropa. Wara li kien għall-wiri fil-Pjazza tal-Vatikan fl-2016, fil-Pjazza tal-Maxtura f’Betlem fl-2017…

Kultura

Tela’ s-siparju fuq id-disa’ edizzjoni tal-Festival Żigużajg, li ser isir fuq medda ta’ għaxart ijiem. Din is-sena mal-130 artist qed jieħdu sehem f’numru ta’ proġetti artistiċi, li fi kliem id-Direttur…

Saħħa

Fl-isptar Mater Dei fil-preżenza ta’ uliedu Sonia u Charlene, Publius Borg kien jidher fi stat ta’ saħħa tajba, jumejn biss wara li sarulu intervent f’qalbu biex jevita attakk ta’ puplesija….

Kultura

Malta mogħnija b’mużewijiet u siti storiċi b’valur u wirt kulturali mprezzabbli fosthom il-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu, l-uniku wieħed tax-xorta tiegħu fl-Ewropa li għadu miftuħ għall-pubbliku. Fil-ħsieb ta’ ħafna nies, il-mużewijiet u…

Aktar