Filmat: nies fit-triq isellmu flotta tal-ISIS fil-Libja – jaħtfu aktar Eġizzjani wara l-attakki mill-Eġittu

Filmati ġodda ppubblikati mill-militanti Iżlamiċi tal-Istat Iżlamiku, juru flotta ta’ karozzi tat-tip Toyota Land Cruisers iġorru l-bandiera simbolika tal-grupp terrorista f’parata tul it-toroq Libjani. Nisa, irġiel u anki tfal jidhru jsellmu lill-militanti huma u jsuqu liberalment fit-toroq ta’ dik li hija maħsuba li hi l-belt ta’ Benghazi.

libja

Il-filmat ta’ propaganda ittella’ online mill-grupp terrorista Ansar al-Sharia li f’Ottubru li għadda kien iddikjara li jappoġġja lill-militanti Iżlamiċi tal-IS. F’Novermbru n-Nazzjonijiet Magħquda kienet iddikjarathom grupp terrorista. Qed ikun maħsub li kien l- Ansar al-Sharia l-moħħ wara l-eżekuzzjoni tal-21 Eġizzjan Nisrani fil-Belt ta’ Sirte.

Kulma ma jmur qed tkompli wkoll tiżdied il-biża’ li 35 Eġizzjan ieħor li nħatfu mill-grupp terrorista b’ritaljazzjoni għall-attakki mill-ajru tal-Eġittu fil-belt ta’ Derna t-Tnejn li għadda, jistgħu jbatu l-istess destin tal-21 Kristjan kopti.

is

Ħafna mill-gruppi estremisti li qed jabitaw fil-Libja, fosthom l-Ansar al-Sharia, il- Libya Dawn u anki dawk magħrufa bħala Islamic Youth Shura Council, iddikjaraw l-appoġġ tagħhom lejn l-Istat Iżlamiku li min-naħa tagħhom approfittaw ruħhom mis-sitwazzjoni fil-Libja biex jistabbilixxu posthom fl-Afrika ta’ Fuq. Qed ikun irrapportat li l-ibliet li rnexxielhom jaħtfu taħt idejhom l-IS fil-Libja jinkludu Nofaliya, Benghazi, Derna u Sirte.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Raġel f’Ibiza li qabeż minn irdum ħa sorpriża kerha meta ta s-salt għal ġol-baħar. Huwa ħareġ fuq blata spuntata ‘l barra biex jipprova jaqbeż għal rasu b’lura, waqt li sħabu…

Barranin

Koppja żagħżugħa minn Texas tilfu ħajjithom traġikament minuti biss wara li kienu kif għadhom kemm iżżewġu. L-inċident seħħ malli telqu miċ-ċerimonja taż-żwieġ tagħhom meta l-karozza li kienu fiha ħabtet ma’…

Barranin

Fil-belt ta’ Biarritz fi Franza bdew jiltaqgħu l-mexxejja tas-seba’ l-akbar ekonomiji fid-dinja: il-Kanada, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Ġappun, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, għal-laqgħa tal-G7. Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, li…

Barranin

Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk wissa lill-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson li mhux se jikkoopera b’no-deal Brexit. Tusk qal ukoll li qed jittama li Johnson ma jitniżżilx fl-istorja bħala “Mr…

Aktar