Barranin
Filmat: Pumpier jitlef ħajtu f’nirien kbar f’fabbrika storika fir-Russja

F’San Pietruburgu fir-Russja, ħaddiem tat-tifi tan-nar tilef ħajtu u tnejn oħra sfaw midruda b’mod gravi waqt li ppruvaw jitfu nirien qawwija li ħakmu fabbrika storika.

Fi ftit tal-ħin in-nar infirex mal-fabbrika kollha li hi mibnija fuq sitt sulari. L-irjieħ qawwija komplew fixklu x-xogħol tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar. Il-fabbrika nbniet fl-1841 biex kienet timmanifattura drapp u l-bini kien meqjus bħala post storiku f’San Pietruburgu.

Erbgħin persuna ġew evakwati mill-fabbrika hekk kif ftit wara sfronda l-bejt tal-bini. Għadha mhix magħrufa l-kawża li wasslet għal dawn in-nirien.