Filmat: rabathom u żammhom ostaġġi f’lift

Numru ta’ nisa u tfal Ċiniżi ġew salvati bl-aktar mod drammatiku fiċ-Ċina wara li ttieħdu ostaġġi minn suspettat traffikant ta’ droga li kien armat.

Filmati minn kameras tas-sigurtà juru lis-suspettat juża lill-ostaġġi bħala tarka umana f’tentattiv iddisprat biex jaħrab.

Il-pulizija qalet li ħa grupp ta’ nies ostaġġi u rabathom flimkien wara li daħal f’bini residenzjali fil-belt ta’ Deyang fil-provinċja ta’ Sichaun fiċ-Ċina.

Wara madwar siegħa ta’ tensjoni waqt li l-awtoritajiet ippruvaw jinnegozjaw mas-suspettat armat, uffiċjal tal-pulizija għamel il-pass biex jinħelsu l-ostaġġi u jinqabad is-suspettat.

Għadu mhux magħruf x’se jeħel is-suspettat, iżda traffikar ta’ droga fiċ-Ċina huwa reat li jġorr miegħu il-piena tal-mewt.