Lokali
Aġġornat: L-anzjan li waqa’ fil-Pietà fil-periklu tal-mewt

Raġel ta’ 77 sena residenti San Ġwann jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kmieni waranofsinhar waqa’ madwar sular fil-Pietà.

Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bil-każ għall-ħabta tal-12.15pm.

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li r-raġel waqa’ madwar sular fi Triq Clarence waqt li kien qiegħed f’sit ta’ kostruzzjoni.

Sorsi fuq il-post qalu li r-raġel waqa’ wara li mar jara l-garaxx tat-tifel u daħal fih mingħajr torch.

Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo li ordnat inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.