Lokali
FILMAT: Repubblika bi protest ġudizzjarju wara li tħallitx tidħol fil-Parlament biex issegwi d-dibattitu

L-Għaqda Repubblika għamlet protest ġudizzjarja wara li dalgħodu ma tħallitx tidħol fl-istrangers gallery fil-Parlament biex issegwi d-dibattitu dwar ir-rapport ta’ inkjesta pubblika li ġie ppubblikat ilbieraħ fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-protest ġudizzjarju sar kontra l-President tal-Kamra Anġlu Farrugia u l-Iskrivan tal-Kamra Raymond Scicluna. Il-protest kien iffirmat mill-Avukat Pawlu Borg Olivier u mill-Avukat Eve Borg Costanzi. Fil-protest jingħad li l-pandemija hija skuża dgħajfa biex iċċaħħad id-dritt tagħhom bħala ċittadini milli josservaw direttament id-dibattitu u l-proċess leġislattiv.

Fil-protest jingħad li l-għaqda bagħtet talba lill-Iskrivan tal-Kamra biex jingħataw 30 biljett biex ikunu jistgħu jidħlu jsegwu s-sessjoni tal-lum, iżda din kienet miċħuda. Qalu li dan kien abbuż serju ta’ diskrezzjoni mogħlti mill-Ispeaker u mill-Iskrivan tal-Kamra biex jillimitaw aċċess mhux kontrollat fil-Parlamen. Qalu li din ma kinitx l-ewwel darba li ġara dan il-każ fuq kwistjonijiet ta’ interess pubbliku.