Filmat: sajjieda Għawdxin jitimgħu kelb il-baħar fl-ibħra Maltin

Sajjieda Għawdxin li fl-aħħar sigħat ħarġu biex jistadu sabu ma’ wiċċchom kelb il-baħar mili 12-il mil nawtiku ‘l bogħod mill-kosta Maltija.

Fuq Facebook, Richard Vella, mis-Sannat Għawdex tella’ filmat tal-kelb il-baħar idur magħhom waqt li kienu qed jistadu. Il-kelb il-baħar għamel ħin pjuttost twil idur magħhom wara li s-sajjied abbord id-dgħajsa beda jitfagħlu x’jiekol. Quddiem xena bħal dik, is-sajjieda dehru affaxxinati b’din il-ħuta kbira li għalkemm perikoluża taffaxxina lil kull min għandu għall-qalbu dawn il-kreaturi.

Aħbarijiet Oħra

Studju maħruġ minn diversi esperti Maltin fil-qasam tas-saħħa fosthom il-Professur Charmaine Gauci, jgħid li Malta qed tesperjenza t-tieni mewġa ta’ Covid-19 kawża ta’ żewġ avvenimenti tal-massa li saru fis-sajf. Fl-istudju…

Il-Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, permezz tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi, bħalissa għaddej b’sejħa ta’ reklutaġġ ghal Compliance Officers ġodda, dan bil-għan li d-Dipartiment isaħħaħ l-infurzar sabiex dejjem aktar nassiguraw li…

Ħamsin sena ilu Villa Bighi ntużat għall-aħħar darba bħala sptar, wara 167 sena ta’ servizz kontinwu. Wirja permanenti fiċ-ċentru interattiv għax-xjenza l-Esplora tikkomemora l-perjodu meta l-binja kienet isservi bħala l-isptar…

Aktar