Lokali
Filmat: Se nara li l-ġustizzja ssir bla dewmien – l-Imħallef Audrey Demicoli

Fl-ewwel reazzjoni tagħha wara l-ġurament tal-ħatra, l-Imħallef Audrey Demicoli indirizzat il-kwistjoni tad-dewmien fil-Qrati Maltin u sostniet li se tagħmel ħilitha biex taċċerta ruħha li mhux biss issir ġustizzja u li tidher li qed issir, iżda li l-ġustizzja ssir mingħajr dewmien u fi żmien raġjonevoli.

L-Imħallef Demicoli li serviet għal 14-il sena sħaħ fuq il-bank tal-maġistratura qalet li llum tħossha onorata li nħatret bil-metodu l-ġdid tal-ħatra tal-membri tal-ġudikatura.

Qalet li ntgħażlet minn fost sensiela ta’ kandidati validissimi kemm minn fuq il-bank tal-maġistratura u kemm mill-avukatura u wegħdet li se taqdi dmiritjietha ta’ mħallef bl-istess impenn li qdiethom bħala maġistrat tul dawn l-14-il sena li seviet bħala maġistrat.