Kronaka
Aġġornat: raġel ta’ 52 sena bi ġrieħi gravi wara ħabta f’Santa Venera

Raġel ta’ 52 sena minn Ħal Qormi ġarrab ġrieħi gravi wara li llum waranofsinhar kien involut f’ħabta bil-mutur f’Santa Venera.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar fi Triq Reġjonali meta seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Honda misjuq mill-vittma u karozza tal-għamla Toyota Aygo misjuqa minn mara ta’ 27 sena li tgħix ir-Rabat.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.