FILMAT: Stefan Galea – Light Up my life

Stefan Galea, kantant żagħżugħ ta’ 19-il sena li dalgħodu kien ukoll mal-ewwel grupp ta’ kantanti li telgħu fuq il-palk tas-Sala tal-Mediterran għall-Konferenzi biex iħejji għas-semi-finali tal-Ġimgħa tal-Malta Eurovision Song Contest. Għalkemm mhux wiċċ ġdid għax-xena mużikali Maltija, din se tkun l-ewwel esperjenza għal Stefan f’dan il-festival li jiġbed l-attenzjoni ta’ eluf kbar ta’ Maltin. Fil-fatt dan kien it-tielet tentattiv ta’ Stefan li jasal mal-ewwel 20 finalista, mira li rnexxielu jikseb bil-kanzunetta “Light Up My Life”, kitba u kompożizzjoni ta’ Ylva u Linda Persson. Bla dubju kisba li żgur “xegħlitlu ħajtu”!