Kronaka
Filmat ta’ pulizija fuq Tiktok – il-Korp jiċħad li ngħatat ordni lil uffiċjal biex jitneħħa l-filmat

Il-Korp tal-Pulizija qed jiċħad li ngħatat ordni lil xi uffiċjal tal-pulizija biex jagħmel kuntatt ma’ persuna jew persuni li jmexxu paġna fuq il-midja soċjali biex ineħħu l-filmat ta’ kuntistabbli fuq Tiktok.

Il-filmat ittella’ fuq il-midja soċjali tal-kuntistabbli mill-istess kuntistabbli, nhar is-Sibt 23 ta’ Mejju, 2020.

Fi stqarrija tal-pulizija qed jingħaq li malli l-Amministrazzjoni tal-Korp saret taf bil-filmat dakinhar stess, il-kuntistabbli ġiet ordnata tneħħi l-filmat li poġġiet, waqt li immedjatament bdiet investigazzjoni min-naħa tat-Taqsima tal-Affarijiet Interni tal-Korp tal-Pulizija. Fistess waqt bdew ukoll proċeduri dixxipplinarji fil-konfront tal-Pulizija.

Il-Korp tal-Pulizija fl-istqarrija għamilha ċara li m’għamilx kuntatt jew ta’ ordni lil xi ħadd ieħor, ħlief lill-kuntistabbli, sabiex jitneħħa l-filmat minn kwalunkwe midja soċjali.

Dwar il-każ bdiet investigazzjoni u fl-istqarrija ntqal li jekk mill-investigazzjonijiet jirriżulta li xi uffiċjal tal-pulizija abbuża mill-pożizzjoni tiegħu u għamel kuntatt ma’ persuna jew persuni biex ineħħu l-filmat, se jittieħdu passi kontrih.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Gudja tressaq il-Qorti l-Ħadd filgħodu, akkużat li lbieraħ waqt li kien fi stabbiliment fil-limiti tar-Rabat, ikkaġuna ġrieħi gravi lil Nathan Luke Borg, li kissirlu n-nuċċali u…

Infrastruttura

Infrastructure Malta għażlet żewġ artisti u żewġ ditti tal-arkitettura minn Malta, Ċipru u r-Rumanija sabiex jipproduċu erba’ xogħlijiet artistiċi kbar għaż-żoni bis-siġar u passaġġi madwar il-flyovers tal-Marsa Junction Project wara…

Kultura

Il-parruċċani tas-Siġġiewi 320 sena ilu kkummissjonaw żewġ biċċiet tal-arti, kurċifiss u kwadru li flimkien jirrappreżentaw ix-xena tal-golgota fi tliet dimensjonijiet. Din l-opra tal-arti kienet saret f’Ruma. F’dan iż-żmien kemm il-kurċifiss…

Stejjer Umani

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi illum qed jiċċelebra l-24 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Fr Martin filwaqt li radd ħajt lil Alla għal dak kollu…

Aktar