Filmat: tibda l-missjoni spazjali konġunta bejn l-Ewropa u r-Russja lejn Mars

L-Ewropa u r-Russja bdew missjoni konġunta lejn il-pjaneta Mars.

Is-satallita, ExoMars Trace Gas Orbiter (TGO) telqet minn Baikonur fil-Kazakhstan u se tkun qed tinvestiga jekk il-methane fl-atmosfera tad-dinja hux ġej minn sors ġeoloġiku jew jekk hux magħmul minn microbes.

Jekk il-missjoni tkun suċċess, l-Ewropa u r-Russja mistennija jkomplu l-avventura spazjali flimkien b’rover li se jinbena fir-Renju Unit u li se jkun qed iħaffer fuq Mars bejn l-2018 u l-2020.

Ir-rokit li qed iġorr is-satallita għandu bżonn aktar minn 10 sigħat biex ippoġġi s-satallita fil-post it-tajjeb biex tkun tista’ tasal sal-pjaneta Mars.

Din il-missjoni qed tħalli lil uffiċjali spazjali fuq ix-xwiek. Ir-Russja għamlet diġà 19-il missjoni lejn ir-raba’ pjaneta ‘l bogħod mix-xemx u ħafna minnhom kienu falliment.

Jekk il-missjoni tirnexxi din id-darba, il-kontrolluti tal-Aġenzija Spazjali Ewropea qed jistennew sinjal fiċ-ċentru tal-operat f’Darmstadt il-Ġermanja aktar tard illum qabel is-satallita tibda l-vjaġġ ta’ seba’ xhur lejn Mars.

Meta tasal fuq Mars, minnha joħroġ tagħmir magħruf bħala Schiaparelli li l-għan tiegħu huwa li jopera ftit strumenti xjentifiċi. L-inġiniera huma aktar madankollu interessati li jaraw kif se jopera Schiaparelli biex ‘il quddiem ikunu jistgħu jibgħatu b’mod sigur ir-rover li se jinbena mill-Ingliżi.