Lokali
Filmat: Tislima lil Dun Karm Psaila f’għeluq il-150 sena mit-twelid tiegħu

Il-150 sena mit-twelid ta’ Dun Karm Psaila tfakkar b’diversi attivitajiet fosthom it-tqegħid ta’ kuruni tal-fjuri mal-monument tal-poeta nazzjonali fil-Furjana li għadu kemm ġie restawrat minn Heritage Malta.

Il-kuruni mal-mafkar tpoġġew mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, Jose Herrera, mis-Sindku tal-Furjana Davina Sammut Hili, minn rappreżentanti tal-Kumitat Festi Nazzjonali u mill-Akkademja tal-Malti.

Dun Karm twieled f’Ħaż-Żebbuġ nhar it-18 t’Ottubru 1871 u miet f’San Ġiljan nhar it-13 ta’ Ottubru 1961, ħamest ijiem qabel kien se jagħlaq id-disgħin sena. Hu jibqa’ magħruf għall-kontribut letterarju kbir bl-ilsien Malti, fosthom l-innu nazzjonali.