Barranin
Filmat: Tromba tal-arja toqtol raġel fi Sqallija

Tromba tal-arja qatlet raġel u għamlet ħafna ħsara fin-naħa t’isfel ta’ Sqallija waqt li xita qalila għerqet it-toroq u sfurzat lill-awtoritajiet Sqallin biex jagħlqu l-iskejjel.

Din hija t-tieni darba f’xahar li Sqallija ntlaqtet minn temp estrem. Ir-raġel li kellu fuq il-ħamsinijiet intlaqat mit-tromba tal-arja huwa u ħiereġ minn daru kmieni filgħodu f’Ragusa.

It-tromba qalbet vann u kissret it-twieqi ta’ diversi djar. F’Awwissu, Sqallija rreġistrat l-ogħla temperatura qatt imkejla fl-Ewropa dik ta’ 48.8 gradi Celcius, bl-awtoritajiet jgħidu li t-temperatura tal-baħar madwar il-gżira kienet sħuna din il-ħarifa u dan seta ikkontribwixxa għal maltempati aktar vjolenti.