Barranin
Filmat: vapuri jsalvaw 730 immigrant mill-Mediterran

Matul il-lejl li għadda, għadd ta’ vapuri salvaw mas-730 immigrant minn fuq numru ta’ dinghies u dgħajjes tal-injam mill-baħar Mediterran.

Il-gwardji tal-kosta Taljani qalu li l-immigranti ġew salvati waqt seba’ operazzjonijiet ta’ salvataġġ minn fuq tliet dinghies u erba’ dgħajjes tal-injam.

Gillian Moyes mill-aġenzija internazzjonali Save the Children qalet li dawn l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ isegwu għexieren oħrajn fl-aħħar ġimgħat. Hija żiedet tgħid li qed tiġi osservata żieda ta’ immigranti li qed jaqsmu l-baħar Mediterran u li bis-sitwazzjoni kif inhi, m’hemmx biżżejjed kapaċità biex isiru operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ fil-Mediterran.

Fi stqarrija, il-Ministru għad-Difiża Spanjol qal li total ta’ 526 persuna, fosthom tmien nisa tqal u disat itfal li kienu fi triqithom lejn l-Italja ġew salvati minn fuq vapur li beda jagħmel l-ilma.

Apparti dawn, il-Gwardji tal-Kosta Taljani qalu li s-Sibt salvaw mat-800 immigrant ieħor minn fuq dinghies f’sitt operazzjonijiet fil-Mediterran.

Il-ġimgħa li għaddiet, il-Ministru tal-Intern Taljan qal li l-wasliet tal-immigranti fl-Italja żdiedu b’65,000 jew bi 18 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mara ta’ 23 sena qed tkun akkużata bi qtil wara li tifel ta’ sena u nofs waqa’ għal isfel minn tieqa fi blokka appartamenti (ritratt). Il-każ seħħ nhar is-Sibt li…

Barranin

L-awtoritajiet Katalani qalu li mhux se jobdu l-ordnijiet tal-gvern ċentrali Spanjol f’Madrid jekk juża l-poteri leġislattivi u jinfurzhom biex jieħu l-kontroll tar-reġjun Katalan. Dan wara li l-gvern Spanjol wissa li…

Barranin

Il-Prim Minsitru Ġappuniż Shinzo Abe wiegħed li jieħu miżuri fil-konfront tal-Korea ta’ Fuq wara li rebaħ l-elezzjoni tal-Ħadd b’maġġoranza kbira. Abe sejjaħ elezzjoni bikrija biex jikseb appoġġ akbar, ħalli jindirizza…

Barranin

F’Nuneaton l-Ingilterra, raġel armat b’senter daħal fi stabbilment tal-bowling mimli nies, fosthom tfal, u żamm ostaġġi żewġ membri tal-istaff tal-istabbilment. Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-2.30 ta’ waranofsinhar. Allegatament ir-raġel daħal…

Aktar