Barranin
FILMAT XOKKANTI: Jimbotta raġel taħt trakk f’Los Angeles

Kienet xena li xxokkjat lil eluf kbar ta’ nies madwar id-dinja dik li nqabdet fuq kamera tas-sigurtà fl-Istati Uniti iktar kmieni din il-ġimgħa.

Raġel, liebes ġakketta bil-barnuża mtella’, jidher bilqegħda fuq bank fuq bankina f’Los Angeles. Meta tgħaddi mara minn quddiemu, ir-raġel jidher qisu se jagħti s-salt, iżda mbagħad jibqa’ fejn kien.

Eżatt wara din il-mara jgħaddi raġel imdaħħal fiż-żmien, bir-raġel li kien fuq il-bank pront iqum u jimbuttah għal ġot-triq, eżatt quddiem trakk li kien għaddej dak il-ħin.

L-anzjan spiċċa taħt ir-rota ta’ quddiem tat-trakk, u sofra ġrieħi serji, fosthom ksur f’diversi partijiet ta’ ġismu, kif ukoll pulmun mgħaffeġ.

Għal ħafna l-aktar parti xokkanti mill-attakk kien li seħħ kiesaħ u biered, li ma kienx personali u li sar mingħajr ebda provokazzjoni, fejn l-aggressur jidher jagħżel vittma bl-addoċċ.

L-aggressur ġie arrestat f’inqas minn 24 siegħa, hekk kif xi persuni li kienu raw il-filmat għarfuh mill-ġakketta u għarrfu lill-awtoritajiet.

Suspect arrested after shoving random passerby into LA traffic

SIDEWALK SHOVE: Shocking surveillance footage shows the moment a man pushes a random passerby into the path of an oncoming truck in downtown Los Angeles. The victim suffered a collapsed lung and multiple broken bones; the suspect has been arrested. abcn.ws/2Sy0VaC

Gepostet von ABC World News Tonight with David Muir am Donnerstag, 6. Dezember 2018

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President tal-Italja, Sergio Mattarella temm il-laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-kapijiet tal-gruppi politiċi dwar il-kriżi politika wara li jumejn ilu sfaxxa l-gvern ta’ Conte. Is-sensazzjoni hija li l-partiti jridu jmorru għal elezzjoni…

Barranin

F’konferenza tal-aħbarijiet konġunta minn Pariġi, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson u l-President Franċiż Emanuel Macron qablu dwar spirtu mġedded u kostruttiv biex jintlaħaq ftehim dwar Brexit. Waqt t-taħditiet kruċjali…

Barranin

Il-preżenza tal-mikroplastiċi fl-ilma li nixorbu ftit li xejn hija ta’ detriment għall-bniedem. Dan qalitu l-World Health Organisation (WHO) f’rapport li jassigura li dan ma jikkawżax ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Skont ir-rapport,…

Barranin

Fil-Brażil, tkompli tisħon il-qiegħa bejn il-President Jair Bolsonaro u l-għaqdiet ambjentali. Dan wara li statistika tal-aġenzija spazjali turi li din is-sena, l-ikbar pulmun fid-dinja . . . l-Amażonja . ….

Aktar