
Barranin
FILMATI: Mat-30 mejta fin-nirien tal-Istati Uniti, għexieren mitlufa
Iktar minn 30 persuna mietu fin-nirien li qed jaħkmu stati tal-Punent fl-Amerka, fejn huwa kkalkulat li s’issa nħarqet art ekwivalenti għad-daqs ta’ New Jersey.
F’Oregon, li huwa fost l-iktar stati affettwati, għexieren qed ikunu rrappurtati nieqsa, b’uffiċjal tas-servizzi tal-emerġenza kien ikkwotat jgħid li l-istat għandu jipprepara ruħu għal inċident fatali tal-massa.
Mijiet ta’ eluf ta’ persuni kienu sfurzati jaħarbu minn djarhom hekk kif in-nirien f’Oregon, Kalifornja u Washington ilhom li bdew tliet ġimgħat.
Filmati: Reuters