Films immirati lejn it-tfal fost l-aktar popolari mal-Maltin

Il-film ta’ Walt Disney Studios, ‘Maleficent’ kien l-aktar film li marru jarawh nies matul l-2014. Dan il-film beda jintwera f’Ġunju u dam fis-swali taċ-ċinema għal 18-il ġimgħa.

Wara ‘Maleficent’, it-tieni l-aktar film li rawh nies fl-2014 kien ta’ Warner Brothers, ‘The Hobbit: The Battle of the Five Armies’. Dan il-film beda jintwera f’Diċembru u għadu qed jintwera.

Spider Dragon Hunger

‘The Amazing Spider-man 2’  u ‘How to train your dragon’ sabu ruħhom fit-tielet u fir-raba’ post rispettivament fil-lista tal-films li l-aktar li rawhom nies fl-2014 maħruġa mill-KRS Releasing Ltd.

Fil-ħames post kien kklassifikat il-film ‘The Hunger Games: Mockingjay – Part 1’, warajh ‘Guardians of the Galaxy’ u wara ‘Noah’.

Fis-seba’ post hemm il-film ‘Paddington’, segwit minn ‘Rio 2′ u ’22 Jump Street’.

Ma’ din il-lista l-KRS Releasing Ltd. ħarġet lista’ oħra tal-kif il-kritiċi lokali tal-films ikklassifikaw fil-fehma tagħhom l-aħjar għaxar films tal-2014. Dawn huma kif ġej:

1.  Interstellar

2.  Gone Girl

3.  The Imitation Game

4.  Boyhood

5.  The Hobbit: The Battle of the Five Armies

6.  12 Years a Slave

7.  Captain America: Winter Soldier

8.  The Judge

9.  The Grand Budapest Hotel u The Wolf of Wall Street

10. Dawn of the Planet of the Apes u The Hunger Games: Mockingjay – Part 1.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Koppja li ftit tax-xhur ilu adottat tifel mill-Indja esprimiet il-ferħ tagħha fuq is-siti soċjali, kif ukoll wasslet messaġġ biex it-tfal jiġu mgħallma iktar dwar id-diversita’, b’mod partikolari mill-ġenituri stess. Biex…

Kronaka

Viżibilment taħt xokk, Joseph Attard li lbieraħ kien fil-mira tal-ħalliel fil-ħanut tiegħu f’Ħaż-Żabbar, irrakkonta ma’ TVM kif hu, flimkien ma’ żewġt iħbieb tiegħu rreżistew il-ħalliel li anke spara b’arma tan-nar….

Kunsilli Lokali

Il-kunsilli ser ikollhom pubblikazzjoni maħsuba apposta biex tgħinhom jiksbu fondi addizzjonali minn programmi tal-Unjoni Ewropea. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u DAaron Farrugia u s-Sur Parnis. Iż-żewġ Segretarji Parlamentari,…

Kronaka

Kuntistabbli tal-Pulizija stazzjonat fl-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga llejla ngħata l-kura fl-isptar wara li sofra xi ġrieħi waqt il-qadi ta’ dmirijietu. Il-każ ħareġ fil-pubbliku permezz ta’ post fuq il-paġna ta’ facebook…

Aktar