Barranin
Films u mużew dwar is-saga tat-tfal maqbuda f’għar fit-Tajlandja

Is-saga tat-tfal salvati minn għar fit-Tajlandja ħakmet l-attenzjoni tad-dinja, u issa li spiċċat b’wiċċ il-ġid, kulħadd qed jara x’kapital jista’ jagħmel minnha.

Produtturi ta’ Hollywood qed jaħsbu biex jagħmlu film. Uħud minnhom diġà ħadu ammont kbir ta’ intervisti minn fuq il-post tul il-jiem li damet għaddejja l-operazzjoni ta’ salvataġġ.

Il-fatt li wieħed mill-għaddasa tilef ħajtu waqt li kien qed jipprova jsalva lit-tfal iżid mal-element drammatiku ta’ storja li kienet diġà ħalliet lil kulħadd fuq ix-xwiek. Kollox ma’ kollox, m’hemmx dubju li minn dan l-episodju jista’ joħroġ rakkont viżwali mill-aqwa.

Iżda dan mhux biss. Iż-żona li fiha nqabdu t-tfal fl-għar, mal-fruntieri ta’ Burma, hija waħda b’riżorsi limitati u bi ftit li xejn turisti. Dan kollu iżda mistenni li jinbidel, b’ħafna persuni li jfittxu li jesperjenzaw huma wkoll il-kurituri tal-għar Tham Luang.

Għalhekk hemm ħsieb li jinbena mużew fuq il-post li juri pass pass l-operazzjoni ta’ salvataġġ biex it-tnax-il tifel u l-kowċ tagħhom inħarġu mill-għar qawwijjin u sħaħ.

Mhux kulħadd jaqbel, iżda, ma’ din il-pubbliċità. Fost dawk li semmgħu leħinhom kontra kien hemm Narongsak Osottanakorn, il-Gvernatur tal-provinċja Chiang Rai, fejn seħħ il-każ. Huwa qal li t-tfal mhumiex eroj, u li għandhom jitħallew bi kwiethom biex imorru l-iskola u jkomplu b’ħajjithom.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Imħallef f’Pennsylvania kkundanna lill-attur Bill Cosby għal tlieta sa għaxar snin ħabs għal attakk sesswali. Cosby ta’ 81 sena ġie kklassifikat bħala predatur sesswali u vjolenti u dan ifisser li…

Barranin

Dan huwa l-mument meta ħaddiema tas-salvataġġ marru jeħilsu lil mara li spiċċat fil-periklu li taqa’ fix-xmara Thames wara li salvat lill-kelb tagħha mill-għarqa. Il-mara kienet qed iżżomm ma’ sellum li…

Reliġjon

Il-Papa Franġisku wasal fil-kapitali tal-Estonja, Tallin, fl-aħħar ġurnata tat-tour tiegħu fil-pajjiżi Baltiċi. Huwa kien milqugħ fl-ajruport mill-President Estonjan Kersti Kaljulaid. Minbarra laqgħat ma’ uffiċjali tal-gvern u anke kkonċelebra Quddiesa, il-Papa…

Barranin

Fl-Istati Uniti, in-nominat mill-President Donald Trump għall-Qorti Suprema, l-Imħallef Brett Kavanaugh, qal li mhux se jħalli akkużi foloz jitfgħuh ‘l barra mill-proċess tan-nomina. Waqt intervista fuq Fox News, Kavanaugh qal…

Aktar