Lokali
Fimbank jiċċelebra 25 sena mit-twaqqif tiegħu f’Malta bi qligħ rekord

Fimbank, il-bank internazzjonali li jispeċjalizza fil-finanzjament tal-kummerċ qed jiċċelebra 25 sena mit-twaqqif tiegħu f’Malta u t-tmexxija tiegħu qalet li f’Malta sabet bażi b’saħħitha biex jikber u jifrex is-servizzi tiegħu. Bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena, il-bank kellu qligħ rekord ta’ ftit inqas minn disa’ miljun ewro.

Fil-qalba ta’ Paceville hemm binja prominenti moderna li fiha l-kwartieri ta’ bank internazzjonali, FIMbank li din is-sena qed jiċċelebra l-25 sena mit-twaqqif tiegħu f’Malta.

Il-Finbank għadu kif ħabbar ir-riżultati finanzjarji tiegħu għall-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena u kompla juri titjib meta għamel qligħ rekord qabel il-ħlas tat-taxxa ta’ €8.65 miljuni.

Il-Kap Eżekuttiv tal-grupp FIMBank, Murali Subramanian qal li l-qligħ bejn Jannar u Ġunju li għadda jirrappreżenta żieda sinifikanti ta’ 38% meta mqabbel mal-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet.

Murali Subramanian qal “we have achieved a result that surpasses that of last year and of any other year at FIMBank, we’ve had a very successful first half of 2019 which was driven by a number of businesses; our forfeiting business in the UK performed extremely well as did our treasure and assets and liability businesses”.

Iċ-Chairman tal-grupp FIMBank, Dr John C. Grech qal li l-azzjonisti oriġinali tal-bank kienu għażlu lil Malta għal tliet raġunijiet; settur bankarju stabbilit b’nies imħarrġa, timezone li xtaqu u ġurisdizzjoni u regolatur rispettati li tul is-snin għinu biex il-bank ikabbar il-bażi tiegħu u jifrex is-servizzi tiegħu b’uffiċċji fl-Istati Uniti, il-Brażil, ir-Russja, l-Eġittu, Singapore, l-Indja, Dubai, il-Greċja, il-Ġermanja, Franza u r-Renju Unit.

Dr John C. Grech qal “meta ġie mwaqqaf hawn Malta l-intenzjoni dejjem kienet li jkun bank internazzjonali jiġifieri s-sit kellu jkun hawn Malta però mhux ix-xogħol, effettivament il-bank huwa ‘trade finance institution’ li jiffinanzja l-kummerċ, għaldaqstant xogħlu huwa internazzjonali pero sab art fejn l-għeruq ħadu tajjeb”

Dr Grech qal li l-prospetti f’Malta huma tajbin anke jekk in-natura tax-xogħol li jispeċjalizzaw fih toffri sfidi li l-bank xi kultant ikollu jindirizza b’deċiżjonijiet iebsa. “Iċ-challenge prinċipali huwa dejjem kif nimaniġġjaw ir-riskji, minħabba t-tip ta’ xogħol li nagħmlu, ir-riskju hu kumpless u mhux żgħir ”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Bank qal li f’klima bankarja u ekonomika pjuttost imċajpra speċjalment fl-Ewropa, il-grupp li jaħdem bid-Dollaru Amerikan qed jirnexxilu jisfrutta l-opportunitajiet ta’ swieq ġodda waqt li qed joqgħod b’seba’ għajnejn għar-riskji.

Murali Subramanian qal “it’s only prudent for FIMBank to calibrate what we do in all these markets and how we manage them as a portfolio and that has meant that in some commodity sectors like metals, agri and in some geographies like North Africa we have tended to lower the appetite that we wish to extend “.

Din kienet ir-raba’ sena konsekuttiva li l-grupp kiseb riżultati pożittivi, biċ-Chairperson tal-Fimbank jgħid li l-azzjonisti ewlenin mil-Kuwajt kienu kruċjali biex il-bank issaħħaħ u fi kliemu ngħata ħajja ġdida biex ikompli jikber.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Żewġ nisa, li waslu Malta b’dgħajsa ma’ immigranti oħra s-sena l-oħra, spiċċaw il-ħabs minflok il-Ġermanja. Fil-Qorti, l-avukat tagħhom Martin Fenech, spjega li huma użaw dokumenti foloz biex ikunu jistgħu jibdew…

Partit Nazzjonalista

Waqt żjara fix-xelter tal-YMCA li għandu mat-30 resident, il-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li r-realtà tal-faqar f’Malta, qiegħda tiżdied minkejja t-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż. Dr Delia qal li l-Gvern għandu…

Xogħol

Fit-tieni kwart tas-sena, bejn April u Ġunju li għadda, Malta kellha t-tielet l-ogħla rata ta’ sejħiet għal impjiegi fis-suq tax-xogħol. Skont ċifri tal-Eurostat, il-postijiet tax-xogħol li kienu qed ifittxu l-ħaddiema…

Aktar