Press Briefings
Fin-12:30pm: Is-Supretendent tas-Saħħa bl-aħħar aġġornamenti dwar il-Covid-19

Fin-12.30pm is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, se tkun qed twassal l-aħħar aġġornamenti dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta.

Waqt il-bulettin mediku tal-bieraħ tħabbar li sitt persuni oħra fiequ mill-coronavirus biex b’hekk issa t-total ta’ persuni li fiequ hu ta’ 413.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li fl-aħħar sigħat kien hemm żewġ każi oħra pożittivi u t-total ta’ każi attivi issa hu ta’ 68.

L-aġġornament tal-lum jixxandar bħas-soltu fuq TVM, Radju Malta, tvm.com.mt u fuq il-paġna ta’ Facebook Television Malta.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tlesta x-xogħol ta’ restawr fuq l-istatwa titulari ta’ San Lawrenz, meqjum fil-paroċċa tar-raħal Għawdxi li ħa ismu mill-qaddis. F’ħames xhur ‘il bogħod mill-parroċċa tiegħu, l-istatwa fil-kartapesta għaddiet mill-ewwel proċess ta’…

Ekonomija u Finanzi

Id-Dipartiment tad-Dwana ħabbar li minn Ottubru li ġej, lubricating oil, magħruf ukoll bħala petroleum oil, u tabakk tal-‘water-pipe’, ma jistgħux jinbigħu mingħajr ma jkunu ssiġillati bit-timbru tas-sisa. Fi stqarrija d-Dipartiment…

Lokali

Fid-dawl tad-delitt tal-ġimgħa l-oħra f’Ħal Millieri allegatament imwettaq minn żewġ żagħżagħ ta’ 18-il sena ħafna tkexkxu li dan ir-reat twettaq minn żgħażagħ u esprimew tħassib dwar il-ġenerazzjoni preżenti, madanakollu l-istoriku…

Aktar