Press Briefings
Fin-12:30pm: Is-Supretendent tas-Saħħa bl-aħħar aġġornamenti dwar il-Covid-19

Fin-12.30pm is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, se tkun qed twassal l-aħħar aġġornamenti dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta.

Waqt il-bulettin mediku tal-bieraħ il-Professur Gauci qalet li Spanjol ta’ 34 sena huwa l-unika persuna li nstabet pożittiva minn 1,006 testijiet li saru.

Hija ħabbret ukoll li fiequ tmien persuni oħra biex l-ammont ta’ persuni ddikjarati mfejqa issa telgħu għal 427 persuna minn 490 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19.

L-aġġornament tal-lum jixxandar bħas-soltu fuq TVM, Radju Malta, tvm.com.mt u fuq il-paġna ta’ Facebook Television Malta.