
Press Briefings
Fin-12:30pm: Is-Supretendent tas-Saħħa bl-aħħar aġġornamenti dwar il-Covid-19
Fin-12.30pm is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, se tkun qed twassal l-aħħar aġġornamenti dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta.
Waqt il-bulettin mediku tal-bieraħ il-Professur Gauci qalet li lbieraħ kien hemm 6 każijiet ġodda. Hija ħabbret ukoll li fiequ sitt persuni oħra biex l-ammont ta’ persuni ddikjarati mfejqa issa telgħu għal 433 persuna minn 496 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19.
L-aġġornament tal-lum jixxandar bħas-soltu fuq TVM, Radju Malta, tvm.com.mt u fuq il-paġna ta’ Facebook Television Malta.