
Leġislaturi fl-istat Niġerjan ta’ Kaduna approvaw liġi li tikkastiga lil min jinstab ħati li stupra tfal taħt l-età ta’ 14-il sena, billi jikkastawhom b’mod kirurġiku.
Il-gvernatur Nasir Ahmad el-Rufai irid jiffirma l-abbozz biex isir liġi f’dan l-istat fil-Majjistral tal-pajjiż.
Huwa jappoġġja dan il-kastig biex jipprevjeni aggressuri milli jerġgħu iwettqu stupru.
Il-liġi federali tan-Niġerja tipprovdi bejn 14-il sena u għomor il-ħabs bħala kastig għal dan ir-reat iżda leġislaturi fi stati differenti jistgħu jimponu pieni differenti.
Ħafna drabi l-istigma żżomm lill-vittmi lura milli jirrapportaw stupru fin-Niġerja filwaqt li n-numru ta’ prosekuzzjonijiet huwa baxx.
F’Ġunju, gvernaturi Niġerjani ddikjaraw stat ta’ emerġenza fuq l-istupru u l-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal.
Mill-2015 ‘l hawn meta ġiet introdotta liġi ġdida, tressqu l-Qorti mal-40 suspettat li wettqu stupru.