Barranin
Fin-Norveġja raġel arrestat wara sparatura f’moskea

Fin-Norveġja, raġel ġie arrestat wara sparatura f’moskea li ħalliet persuna feruta.

Il-pulizija qalet li r-raġel beda jispara fiċ-ċentru Iżlamiku Al Noor ftit ‘il barra mill-kapitali Oslo.

Ftit wara fid-dar tas-suspettat instabet mara mejta. Ir-raġel arrestat għandu 20 sena u hu ċittadin Norveġiż.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tifla ta’ 11-il sena li tbati bl-awtiżmu għaddiet minn xi jiem iebsin wara li serqulha l-kelb. Lottie, kelba tar-razza Dalmatian nsterqet mid-dar tagħha fl-Ingilterra fil-bidu tax-xahar.  Il-kelba ta’ tliet snin hija…

Barranin

Ir-residenti tal-Aquila mill-ġdid għexu l-biża’ li ġabet magħha t-traġedja ta’ 10 snin ilu meta l-belt intlaqtet minn terremot qawwi li ħalla mijiet mejta u ħafna oħrajn mingħajr saqaf fuq rashom….

Barranin

Aktar minn 40 persuna mietu wara li tħeġġeġ nar qawwi f’fabbrika fil-kapitali Indjana, Delhi. In-nar feġġ f’binja ta’ 60 sular fejn għadd ta’ ħaddiema kienu rieqdin fil-fabbrika li kienet tipproduċi…

Barranin

L-awtoritajiet Amerikani u Iranjani qablu li jeħilsu priġunier kull wieħed, fi ftehim li wassal biex ir-riċerkatur Ċiniż-Amerikan Xiyue Wang, li ilu arrestat fl-Iran tliet snin, u l-espert fl-istem cells Iranjan,…

Aktar