Lokali
Finanzjament ta’ €10 miljuni għal proġett fl-immaniġġjar tal-ilma f’Malta

Kważi ġimgħa wara li l-Kummissjoni Ewropea ħabbret finanzjament ta’ aktar minn €10 miljun  għal proġett fil-qasam tal-immaniġġjar tal-ilma f’Malta, il-Ministri Joe Mizzi u José Herrera taw dettalji tal-inizjattivi li ser isiru b’dawn il-fondi flimkien ma’ seba’ miljun ewro oħra li ser jinħarġu mill-Gvern.

Bil-proġetti li b’kollox ser jiswew €17-il miljun mistennija li jintlaħqu mal-50,000 dar biex jingħataw għajnuna dwar kif jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-ilma. Il-Ministri Joe Mizzi u José Herrera qalu li ser jitwettqu 85 proġett dwar il-konservazzjoni tal-ilma fl-iskejjel u ser jiġu żviluppati ħames siti fejn teknoloġiji u prattiċi ġodda dwar l-immaniġġjar tal-ilma. Ser isir ukoll programm ta’ monitoraġġ għall-kwalità tal-ilma u ser jiġu rrestawrati l-widien u żoni kostali ta’ importanza ekoloġika.

Intqal li dawn il-proġett taħt il-programm LIFE tal-Unjoni Ewropea ser isiru fuq medda ta’ tmien snin u ser jinvolvu entitajiet minn erba’ ministeri. Dr Herrera qal li dan se jkun wieħed mill-ikbar proġetti li ġew finanzjati mill-Kummissjoni Ewropea taħt il-programm LIFE fl-Ewropa.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Pittura tal-Kardinal Malti Prospero Grech ingħaqdet mal-kollezzjoni tal-arti fil-Mużew tal-Katidral fl-Imdina. Il-pittura saret mill-artista Filippa Bianchi wara li studjat il-karattru tal-kardinal u semgħet mingħandu l-mod kif xtaq li tinħoloq ix-xbieha…

Unjoni Ewropea

Il-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar il-Kriminalità Finanzjajra u l-Evażjoni tat-Taxxa jrid li l-istati membri tal-Unjoni Ewropea jżarmaw il-programmi tagħhom li bihom jagħtu ċittadinanza jew residenza b’investiment. F’abbozz ta’ rapport imħejji mill-kumitat…

Lokali

Bdiet taħdem l-ewwel sistema li permezz tagħha għadd ta’ karozzi elettriċi jistgħu jintużaw minn persuni differenti matul l-istess ġurnata. Din se titħaddem mill-kumpanija CAR2GO Israel bħala parti minn ftehim ma’…

Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet ir-raba’ edizzjoni tal-kampanja ‘Naħseb Fik’. Din il-kampanja hi proġett li permezz tiegħu gruppi ta’ persuni identifikati jkunu jistgħu jagħmlu xewqat għal rigali partikolari u…

Aktar