COVID-19
F’inqas minn tliet ġimgħat saru 4,230 swab

L-awtoritajiet tas-saħħa qed jagħtu spinta lit-testijiet tas-swabs biex jiġu intraċċati persuni li possibilment għandhom il-coronavirus. Mil-lum bdew joperaw żewġ ċentri wieħed f’Malta u ieħor f’Għawdex fejn jittieħed il-kampjun mill-gerżuma biex jiġu annalizati fil-laboratorju tal-isptar Mater Dei. F’inqas minn tliet ġimgħat, diġà saru 4,230 swab u skont ċifri internazzjonali, paragun mal-popolazzjoni tagħha, Malta hija t-tielet l-iktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li għamlet swabs.

L-awtoritajiet tas-saħħa intensifikaw il-ħidma tagħhom biex aktar persuni b’sintomi tal-coronavirus jiġu ittestjati bil-għan li l-każi ta’ persuni infettati jinqabdu minn kmieni. Dan qed isir bil-ftuħ ta’ żewġ ċentri wieħed f’Pembroke, biswit il-grounds tal-Luxol u ieħor fix-Xewkija biex b’hekk isiru l-kampjuni mill-gerżuma tal-persuni sintomatiċi qed jittieħdu minn tliet ċentri.

Kif spjegat is-supretendent tas-saħħa pubblika l-Professur Charmaine Gauci, dan jinkwadru fl-istrateġija tal-awtoritajiet tas-saħħa biex tiġi kkontrollata l-imxija tal-covid 19. Qalet li min imur għal dan it-test irid jkun riferut.

“Dawk li jkollhom is-sintomi, riferuti mill-helpline jew tobba tal-familja, isir l-iswabbing u minn hekk nibdew iżolazzjoni u kwarantina fejn hemm bżonn”

Iċ-ċentru ta’ Pembroke qed jiftaħ mit-Tnejn sal-Ħadd bejn it-tmienja ta’ filgħodu u sat-tmienja ta’ filgħaxija u l-persuni jiġu ttestjati mingħajr ma joħorġu mill-karozza privata tagħhom.”

Iċ-ċentru l-ġdid fix-Xewkija Għawdex fl-eks VIP Lounge tal-heliport jiftaħ il-ġimgħa kollha mit-tmienja ta’ filgħodu sas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar.

L-awtoritajiet tas-saħħa qed jappellaw biex ħadd ma jmur fiċ-ċentri tal-iswabbing mingħajr ir-riferta jew tal-helpline 111 jew tabib tal-familja. L-awtoritajiet qalu li l-persuni li jmorru għat-test iridu imorru bil-karozza privata u mhux bil-karozzi tal-linji, b’taxi jew bil-mixi għax inkella ikun qed jirriskja li jinfetta lil ħaddieħor.

Aħbarijiet Oħra

Mara ta’ 36 sena li kienet se twelled tarbija b’ċesarja rriżultat pożittiva għall-Coronavirus. Dan qalitu s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci f’konferenza tal-aħbarijiet, li fiha żvelat li llum hemm 7…

COVID-19

Tħabbru 7 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta bin-numru totali ta’ infettati issa tela’ għal 202. Waqt konferenza tal-aħbarijiet is-Supertendent għas-Saħħa Charmaine Gauci qalet li fl-aħħar 24 siegħa saru 749 swab…

Bħala parti mill-istrateġija biex pajjiżna ikun ippreparat għall-każijiet severi tal-Coronavirus, f’Mater Dei waslu iktar ventilators li se jintużaw fl-eventwalità li l-pazjenti jippreżentaw sintomi severi tal-virus. Fi żjara f’ Mater Dei,…

COVID-19

Is-Superintendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, se tkun qed tindirizza konferenza tal-aħbarijiet fin-12:30. Il-Professur Gauci se tkun qed titkellem dwar l-aħħar aġġornamenti relatati mal-imxija tal-Coronavirus f’Malta.

Aktar