Fir-rebbiegħa se ssir l-ewwel fiera nazzjonali għar-raħħala u bdiewa

Fir-rebbiegħa se ssir l-ewwel fiera nazzjonali għar-raħħala, bdiewa u dawk kollha li jipproċessaw il-prodotti lokali biex jesebixxu l-prodotti tagħhom u jispjegaw l-proċessi konnessi mas-settur.

L-ewwel edizzjoni tal-Fiera Agrikola Nazzjonali fiċ-ċentru tal-fieri u l-konvenzjonijiet f’Ta Qali se ssir b’investiment ta’ €650,000. Din mistennija tkun vetrina tal-biedja lokali, tar-raħħala, tas-sajjieda u l-produtturi biex jesebixxu l-prodotti u jinformaw lill-pubbliku dwar ir-rabta ta’ dawn is-setturi biex il-konsumatur ikollu ikel frisk u ġenwin.

Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qal li se jkun hemm madwar 82 esebitur li se jipparteċipaw fil-fiera f’April tal-2020. Il-Perit Camileri qal li l-fiera għandha l-għan li tindirizza perċezzjonijiet żbaljati dwar il-biedja u l-oqsma marbuta maghha waqt li tippromovi l-aħjar prattiċi fis-settur.

“M’għandix immorru fuq il-kwantità anki minħabba d-daqs u ċ-ċokon ta’ pajjiżna iżda għandna mmorru fuq il-kwalità…. propju din narawha wkoll meta nkunu mistiednin f’fieri oħrajn ġewwa l-Ewropa u anki barra l-Ewropa fejn kulħadd jippreżenta l-prodott tiegħu u l-istorja wara l-prodott tiegħu”

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-proċess tal-biedja ma jinvolvix biss dak li isir fl-għelieqi iżda jkopri katina sħiħ sakemm il-prodott jasal fuq il-mejda tal-konsumaturi. Qal li għad hemm l-idea żbaljata li l-biedja f’Malta għadha tradizzjonali. Sostna li hemm bdiewa li qed jaddottaw metodi aħjar u iżjed effiċjent b’diversi teknoloġiji u prattiċi innovattivi.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ħarġu 55 każ ġdid u fiequ 13-il persuna. B’hekk b’kollox hawn 528 każ attiv. Dan wara li saru rekord ta’ swab tests – 2,485. Fl-aġġornament mediku, il-Ministeru…

Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Silvio Parnis ħabbar li se ssir is-seba’ edizzjoni tal-Premju Anzjanità Attiva 2020, b’din id-darba se jiġu ntrodotti żewġ premji ġodda, Premju għall-anzjanità attiva…

Edukazzjoni

Nhar l-Erbgħa, it-12 ta’Awwissu, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bi sħab mal-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, nediet kompetizzjoni bil-għan li tkompli tqajjem kuxjenza fuq l-importanza li nibżgħu għall-bajjiet u l-ambjent marittimu…

COVID-19

Ta’ kuljum qed isiru ammonti kbar ta’ testijiet għall-coronavirus. F’dan ix-xenarju, Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed mill-ġdid ifakkar li dawk il-persuni li jkunu qed jistennew biex jagħmlu t-test, jew ikun…

Aktar