Barranin
Fir-Renju Unit 186 mietu bil-Covid-19 f’jumejn – il-PM jwissi kontra l-ġemgħat

Fir-Renju Unit, bejn ilbieraħ u llum, mietu 186 persuna bil-Coronavirus. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li dawn in-nies mietu fl-isptarijiet, fid-djar tal-anzjani u fil-komunità. L-ammont tal-mejta fil-pajjiż issa tela’ għal kważi 43,500. Intqal li fl-aħħar 24 siegħa, iktar minn elf persuna ttestjaw pożittiv għall-virus.

Il-Prim Ministru, Boris Johnson, wissa lin-nies biex ma jwebbsux rashom u ma jinġabrux f’ġemgħat minkejja t-temp sabiħ li hemm fil-pajjiż.

“If you look at what’s happening elsewhere in the world, where people have been coming out of lockdown, I’m afraid what you’re also seeing is people taking too many liberties with the guidance, mingling too much, not observing social distancing.”

Il-miżuri tad-distanza soċjali ilhom fis-seħħ fil-pajjiż minn Marzu. Dawn il-miżuri se jiġu llaxkati mill-4 ta’ Lulju.

Aħbarijiet Oħra
Safar

Malta, Franza, Spanja, l-Italja u l-Ġermanja huma fost il-pajjiżi Ewropej li r-Renju Uniti iqis bħala pajjiżi b’riskju baxx. Tħallew barra pajjiżi bħall-Iżvezja, l-Istati Uniti u l-Brażil minħabba l-għadd għoli ta’…

COVID-19

Marc Anthony Azzopardi f’isem id-Dipartiment għall-Inġinerija għas-Servizzi Eletroniċi rebaħ il-Premju għat-Teknoloġija Innovattiva b’rispons għall-Covid-19. Warajh ikklassifika David Sciberras f’isem il-kumpanija “Invent 3D”. Huma kienu fost 23 applikanti li daħlu għal dan…

COVID-19

L-Awtoritajiet tas-Saħħa kkonfermaw l-ewwel każ impurtat ta’ Covid-19 f’bosta ġimgħat. tvm.com.mt huwa infurmat li dan il-każ huwa ta’ persuna li ġiet lura Malta f’waħda mit-titjiriet ta’ ripatrijazzjoni li kienu qed…

Barranin

Jean Castex hu l-Prim Ministru l-ġdid ta’ Franza. Dan wara li Édouard Philippe rreżenja mill-kariga li kienu ilu jservi 3 snin. Dan l-iżvilupp seħħ wara li l-Partit ta’ Macron mar…

Aktar