Brexit
Fir-Renju Unit front komuni mill-oppożizzjoni kontra elezzjoni bikrija

Fir-Renju Unit, il-partiti fl-oppożizzjoni għamlu front wieħed biex jopponu l-manuvri tal-Prim Ministru Boris Johnson biex isejjaħ elezzjoni bikrija. Il-vot dwar elezzjoni bikrija mistenni jittieħed fil-Parlament Ingliż nhar it-Tnejn iżda l-partiti tal-oppożizzjoni qed isostnu li m’għandhiex isir elezzjoni qabel is-summit tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea f’nofs ix-xahar id-dieħel.

Sadanittant, il-Qorti Ingliża ċaħdet it-talba ta’ Gina Miller li riedet li l-qorti tiddikjara li l-manuvra tal-Prim Ministru li jissospendi s-seduti tal-Parlament hija illegali. Il-każ mistenni jmur quddiem il-Qorti suprema.

Din il-battalja legali bdiet wara li l-Prim Ministru Boris Johnson ħabbar li jrid sospensjoni tal-Parlament għall-ħames ġimgħat. L-oppożizzjoni qed targumenta li Johnson irid joħnoq id-dibattitu dwar il-ħruġ tal-pajjiż mill-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Apple, Tim Cook, ħabbar li s-sena d-dieħla l-kumpanija se tkun qed tiftaħ l-ewwel ħwienet tagħha fl-Indja. Hu ħabbar dan waqt laqgħa tal-azzjonisti, fejn qal li l-kumpanija kellha…

Barranin

L-Italja huwa uffiċjalment l-iktar pajjiż fid-dinja fejn il-virus qed jinxtered b’ rata mgħaġġla, saħansitra iktar miċ-Ċina, minn fejn beda. Ilbieraħ l-Italja rat żieda ta’ 25% f’każi ġodda ta’ Covid-19, fejn sa…

Barranin

Mil-lat internazzjonali aktar pajjiżi ewropej irrapurtaw każijiet ta’ Coronavirus. Fl-Italja, l-imwiet telgħu għal tnax waqt li hemm 400 każ ta’ Coronavirus, fosthom sitt itfal. Dan ma wassalx lill-pajjiżi ġirien biex…

Barranin

Għadd ta’ pajjiżi Ewropej ħabbru li għandhom l-ewwel każijiet ta’ coronavirus u lkoll jidhru li huma assoċjati mal-imxija tal-virus li bdiet fl-Italja. L-Awstrija, il-Kroazija u l-Iżvizzera qalu li l-każijet jinvolvu…

Aktar