Barranin
Fir-Renju Unit: Iċ-ċertifikat tat-tilqima mhux meħtieġ għall-attivitajiet tal-massa u d-diskoteki

Fir-Renju Unit, in-nies mhux se jintalbu jippreżentaw ċertifikat tal-vaċċin biex jidħlu f’diskoteki jew jattendu avvenimenti tal-massa.

Il-pjan kien li fl-aħħar tax-xahar iċ-ċertifikat tat-tilqima jkun mandatorju f’attivitajiet tal-massa. Dan il-pjan ġie kkritikat fosthom anki mill-industrija tad-divertiment.

Il-Ministru tas-Saħħa, Sajid Javid, qal li l-Gvern biddel ħsibijietu wara li ħares lejn l-evidenza xjentifika.

Il-ġimgħa d-dieħla l-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, se jħabbar il-pjani tiegħu biex jikkontrolla l-pandemija fix-xhur kesħin tax-xitwa u viruses oħrajn fosthom tal-influwenza.

Il-Ministru tas-Saħħa esprima x-xewqa li kemm jista’ jkun malajr il-passiġġieri li jirritoraw fir-Renju Unit ma jibqgħux mitluba jagħmlu swab test meta jaslu fil-pajjiż.