Barranin
Fir-Renju Unit: Mara titlef ħajjitha wara li nġarret mill-ilma

Fir-Renju Unit, mara ta’ 55 sena tilfet ħajjitha wara li nġarret mill-kurrent tal-ilma kawża tax-xita qawwija minħabba l-maltempata Dennis.

Ix-xita qawwija wasslet biex mijiet ta’ djar għerqu bl-għargħar. Minħabba x-xita qawwija, l-awtoritajiet ta’ salvataġġ qed jevakwaw ir-residenti speċjalment dawk li jgħixu qrib ix-xmajjar.

Rapporti qed jgħidu li l-pressa tal-għargħar tant kemm kienet qawwija li l-uċuħ tat-toroq beda jixxaqqu. L-awtoritajiet qed ibassru iktar xita fis-sigħat li ġejjin għall-bqija tal-ġimgħa. Il-Pulizija qed iwissu lill-pubbliku biex ma jsuqux fejn hemm l-għargħar u jkunu lesti biex iħallu djarhom.