Barranin
Fir-Renju Unit minn nhar it-Tnejn jistgħu jinġabru sitt persuni f’post pubbliku

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson ħabbar li minn nhar it-Tnejn, l-għadd ta’ persuni li jistgħu jiltaqgħu barra tela’ għal sitta, b’dawk li mhumiex mill-istess residenza iridu joqgħodu żewġ metri ‘il bogħod minn xulxin.

Min-nhar it-Tnejn ukoll se jiftħu għadd ta’ negozji, fosthom dawk li jbiegħu il-karozzi, b’sensiela ta’ negozji oħra se jitħallew jiftħu f’nofs ix-xahar id-dieħel.

Qal ukoll li s’issa saru tliet miljun test għall-Covid-19, waqt li qal li 377 persuna mietu kawża tal-imxija fl-aħħar 24 siegħa.

Fl-Ingilterra u fl-Iskozja, tnediet sistema ġdida fejn dawk li jkunu f’kuntatt ma persuni li rriżultaw pożittiv bil-COVID-19, jistgħu jirċievu telefonata mill-awtoritajiet tas-saħħa u jordnawlhom jibqgħu kwarantina ta’ 14-il ġurnata f’każ li jkollhom riskju li jista jkollhom l-imxija.

Dan wara li dawk li jinstabu pożittivi qed jintalbu jgħidu ma min kellhom kuntatt. L-għan wara din il-miżura hija biex minflok restrizzjonijiet fuq il-pajjiż kollu, ikun hemm miżuri lokaliżżati.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Persuni li kienu qed isuqu minn ġo triq li taqsam foresta f’Bacau, fir-Rumanija, lemħu ors fil-ġenb tat-triq. Mara li kienet passiġġiera f’waħda mill-karozzi ddeċidiet li tinżel mill-vettura u tersaq qrib…

COVID-19

L-awtoritajiet Awstraljani fit-tieni l-aktar stat popolat, Victoria, qed jagħmlu minn kollox sabiex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. L-istat premier Daniel Andrews ħabbar li mat-3,000 familja f’akkomodazzjoni tal-Gvern mifruxa f’disa’ torrijiet għoljin, se…

COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ma nstab l-ebda każ pożittiv għall-Covid-19 f’Malta wara li saru 771 swab test. Persuna oħra ġiet iddikjarat li rkuprat mill-virus u b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ…

Aktar