Barranin
Fir-Renju Unit: Tfittxija għal raġel li rriżulta pożittiv għall-varjat tal-Brażil

Fir-Renju Unit bħalissa għaddejja tfittxija għal raġel li rriżulta pożittiv għall-varjant tal-Brażil li ma jistax jiġi intraċċat għaliex ta informazzjoni żbaljata lill-awtoritajiet.

Hu mifhum li dan ir-raġel irriżulta pożittiv permezz ta’ ‘home testing kit’.

Is-Segretarju tas-Saħħa Ingliż Matt Hancock qal li aktar tard illum se jaġġorna l-membri parlamentari kollha dwar dan il-varjant.