Barranin
Fir-Renju Unit: Tissejjaħ l-Armata biex tgħin fil-provvisti tal-fjuwil

Fir-Renju Unit, l-Armata tinsab lesta biex tgħin fil-provvisti tal-fjuwil wara r-raba’ jum ta’ kjuwijiet twal u l-għeluq tal-pompi tal-petrol minħabba nuqqasijiet fil-provvisti tal-fjuwil.

Il-Ministru tat-Trasport Ingliż, Grant Shapps qal li qed ikun hemm xiri bil-paniku f’sitwazzjoni li rriżultat minħabba li ma hemmx biżejjed xufiera tat-trakkijiet.

Nuqqas ta’ madwar 100,000 xufier qed jikkaġuna problemi għal għadd ta’ industriji, fosthom għal dawk li jissupplixxu provvisti essenzjali bħal ikel lejn is-supermarkets.

L-awtoritajiet qalu li mal-150 sewwieq ta’ tankers militari se jkunu mħarrġa skont il-ħtieġa.