Brexit
Fir-Renju Unit tkompli titħabbel il-kobba dwar il-ħruġ tal-pajjiż mill-UE

Fir-Renju Unit tkompli titħabbel il-kobba dwar il-ħruġ tal-pajjiż mill-Unjoni Ewropea, bil-Gvern ta’ Boris Johnson ikollu daqqa kbira hekk kif tilef vot importanti fil-Parlament li jrid jieħu kontroll tal-aġenda biex ir-Renju Unit jipposponi l-Brexit.

21 membru parlamentari konservatti ngħaqdu mal-oppożizzjoni biex ma jħallux il-Gvern jibqa’ għaddej bil-Brexit mingħajr ftehim.

Dan huwa l-ewwel pass biex titressaq liġi fil-Parlament li ser ikollha saħħa li ma tħallix isir Brexit mingħajr ftehim.

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Ingliż qal li ser iressaq mozzjoni biex issir elezzjoni ġenerali bikrija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Costa Rica saret l-ewwel pajjiż fl-Amerka Ċentrali li fih huwa permess żwieġ bejn persuni tal-istess sess. L-ewwel żwieġ ta’ din ix-xorta xxandar fuq l-istazzjon nazzjonali, ftit minuti biss wara li…

Barranin

L-FBI se tinvestiga l-qtil ta’ raġel iswed fl-istat Amerikan ta’ Minnesota wara li ħareġ filmat juri pulizija għarkubtejh fuq għonq ir-raġel. Fil-filmat ta’ 10 minuti, ir-raġel li x’aktarx għandu fuq…

Ambjent

Filmat miġbud minn għaqda ambjentali fi Franza juri qiegħ il-baħar mimli maskri u ngwanti tal-plastik. Dan it-tagħmir protettiv marbut mal-Covid-19 kien fost għadd sostanzjali ta’ plastik u skart ieħor li…

Barranin

Fuq l-għatba tal-istaġun tas-sajf, diversi pajjiżi taż-żona Schengen qed jikkunsidraw bis-serjetà li jiftħu mill-ġdid il-fruntieri għat-turisti. Spanja ħabbret li mill-1 ta’ Lulju se tneħħi l-kwarantina ta’ ġimagħtejn għall-persuni li jżuru…

Aktar