Barranin
Fir-Russja: 1,000 persuna jmutu bil-Covid f’24 siegħa

Bejn ilbieraħ u dalgħodu fir-Russja mietu 1,000 persuna waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 f’jum wieħed biss.

Dan huwa l-ogħla numru ta’ mwiet bil-Covid-19 li ġie rreġistrat f’ġurnata waħda biss fir-Russja mindu faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19.

Fl-aħħar jiem ir-Russja rat żieda fl-imwiet bil-Covid-19. Il-Kremlin weħħel fiċ-ċittadini Russi li mhux jieħdu t-tilqima kontra l-virus minħabba li qed jibżgħu.

Hu stmat, li terz tal-popolazzjoni tar-Russja biss għadha ħadet il-vaċċin kontra l-Covid-19.

Fir-Russja, b’kollox, mietu madwar 222,000 ruħ waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Din hija l-ogħla rata ta’ mwiet fil-kontinent Ewropew.