Barranin
Fir-Russja rekord ta’ mwiet bil-Covid-19 – 1,100 jmutu fl-aħħar 24 siegħa

Fir-Russja, mietu iktar minn 1,100 bil-Covid-10 bejn ilbieraħ u llum. Dan l-ammont hu rekord mindu faqqgħet il-pandemija fil-pajjiż. Fl-istess perjodu ġew irreġistrati 36,500 każ ġdid ta’ Covid-19. L-isptarijiet fil-pajjiż jinsabu ffullati bil-pazjenti morda bil-virus.

It-tobba qed jgħidu li l-maġġoranza tal-persuni li qed jirċievu l-kura fl-isptar ma tlaqqmux kontra l-virus. Dawn l-iżviluppi qed inisslu biża’ fost l-awtoritajiet tas-saħħa li l-pandemija taħrab minn idejhom b’konsegwenza li jkomplu jmutu nies bil-virus.