Barranin
Fir-Russja: Tirrakkonta kif żewġha qatgħalha jdejha barra b’mannara

Mara fir-Russja tirrakkonta kif ftit inqas minn sena ilu żewġha ħadha fil-foresta u qatgħalha jdejha t-tnejn barra b’mannara.

Margarita Gracheva, li ma’ żewġha għandha wkoll żewġ ulied, kienet ilha tiġi mheddha u tissawwat minn żewġha. Tgħid li minkejja li kienet għamlet rapporti l-għassa, il-Pulizija qatt ma ħadu azzjoni, u kienu jgħidulha li hi u żewġha jistgħu jirranġaw il-problemi bejniethom.

Żewġha, Dmitry Grachev, jista’ jkun li għamel l-arja b’tibdil li sar fil-liġi fi Frar tas-sena l-oħra, meta każ ta’ vjolenza domestika rrappurtat għall-ewwel darba ma baqax jiġi meqjus reat kriminali jekk il-vittma ma tispiċċax l-isptar, u l-aggressur jeħel biss multa.

Margarita tgħid li lanqas qalet lil uliedha dak li għamlilha missierhom, u sal-lum għadhom jaħsbu li kellha inċident. L-eks raġel tagħha issa qed jinżamm arrestat u mistenni jiġi ssentenzjat dalwaqt.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Ingliża kellha triplets minkejja li kienet qed tieħu pillola li suppost kellha tkun kontraċettiv.  Hannah Donaghue ta’ 29 sena minn Northampton bdiet tieħu dawn il-pilloli 8 snin ilu wara li…

Barranin

Kulħadd xortih fid-dinja u jidher li l-qattus ta’ Karl Lagerfeld għandu xorti tajba. Chiupette għandu ċans li jiret mal-€172 miljun wara li sidu miet ilbieraħ fl-età ta’ 85 sena. Waqt…

Barranin

Jiftaħ uffiċjalment illum is-summit fil-Vatikan dwar il-prevenzjoni tal-abbużi sesswali fuq it-tfal, b’isqfijiet minn madwar 130 pajjiż. Din il-laqgħa għolja qed titqies bħala sforz ewlieni xprunat mill-Papa Frangisku biex tkun indirizzata…

Barranin

Shamima Begum, li ngħaqdet mal-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu Stat Iżlamiku fis-Sirja meta kellha ħmistax-il sena, tilfet iċ-ċittadinanza tar-Renju Unit. L-avukat tal-familja Begum, qal li l-familja hija diżappuntata bid-deċiżjoni u…

Aktar