Lokali
Fis-sena tal-pandemija: it-turiżmu intern lejn Għawdex żdied b’60%

Ċifri tal-istatistika juru li l-għadd ta’ turisti li s-sena li għaddiet żaru l-gżejjer ta’ Għawdex u Kemmuna kienu kważi d-disgħin fil-mija tat-turisti li żaru Malta.

Dan ifisser li fil-gżejjer ta’ Għawdex u Kemmuna żaru b’kollox aktar minn 388,200 turist. Matul is-sena li għaddiet l-għadd ta’ tursti li żaru l-pajjiż kien jammonta għal kważi 650,000 tnaqqis ta’ 76% meta mqabbel mas-sena 2019.

L-istatistika turi wkoll kif kawża tal-pandemija it-turiżmu domestiku bejn Malta, Għawdex żdied b’sittin fil-mija.

It-turiżmu ra żieda l-iktar fix-xhur tas-sajf bejn Ġunju u Settembru tas-sena li għaddiet minħabba li għadd ta’ residenti Maltin ippreferew imorru Għawdex jew Kemmuna minħabba r-restrizzjonijiet fl-ivvjaġġar kkawżat mill-pandemija.

Il-maġġoranza tal-Maltin li vvjaġġaw lejn iż-żewġ gżejjer, l-iktar f’Għawdex qagħdu f’akkomodazzjonjiet tal-kiri, filwaqt li n-nefqa laħħqet kważi €52 miljun, żieda ta’ aktar minn sittin fil-mija meta mqabbel mas-sena 2019.

L-għadd ta’ residenti Għawdxin u Kemmuna li vvjaġġaw lejn Malta matul is-sena li għaddiet kienu kważi 12,000 tnaqqis ta’ aktar minn 45% meta mqabbel mas-sena 2019.