Barranin
Fis-Sudan l-armata u l-alleanza ċivili jiffirmaw ftehim għall-qsim tal-poter

Il-kunsill militari tas-Sudan u l-alleanza ċivili fl-Oppożizzjoni ffirmaw ftehim li bih se jinqasam il-poter. Il-ftehim se jara t-twaqqif ta’ kunsill ġdid biex jigverna li jkun jinkludi kemm membri pajzana u oħrajn militari.

Dan għandu jwitti t-triq għal elezzjonijiet u tmexxija ċivili. Fis-Sudan kienu ilhom għaddejjin protesti vjolenti bl-għajta għad-demokrazija minn meta tkeċċa mill-poter Omar al-Bashir f’April.

Il-Prim Ministri tal-Ethiopia u l-Eġittu u l-President tas-Sudan t’Isfel kienu fost il-mexxejja li attendew għaċ-ċerimonja f’Khartoum li matulha ġie ffirmat il-ftehim minn Mohamed Hamdan mill-kunsill militari u Ahmed al-Rabie, li jirrapreżenta lill-Alleanza għall-Ħelsien u l-Bidla.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żagħżugħ li jaħdem f’pompa tal-petrol f’Milan qed ikun meqjus eroj wara li salva tifel ta’ 5 snin li waqa’ minn gallarija fit-tieni sular. Angel Micael Vargas Fernandez, li huwa mill-Arġentina…

Barranin

F’Illinois, insatbu eluf ta’ fdalijiet ta’ feti fir-residenza privata ta’ Dr Ulrich Klopfer. Is-sejba saret mill-qraba huma u jiżbarazzaw l-affarijiet ta’ Dr Klopfer li miet fit-3 ta’ Settembru. It-tabib kien…

Barranin

Fil-Messiku, l-esperti tal-forensika rnexxielhom jidentifikaw 44 persuna midfuna f’bir fl-istat ta’ Jalisco. Il-fdalijiet tal-persuni nstabu mqassmin f’119-il borża sewda, bil-maġġoranza tal-iġsma ġew imqatta’ biċċiet. Biex ġew identifikati l-vittmi, l-esperti forensiċi…

Barranin

Il-President Amerikan, Donald Trump fi stqarrija qal li iben Bin Laden, li kien il-mexxej tal-al-Qa’ida, inqatel f’operazzjoni kontra t-terroriżmu fl-Afghanistan/Pakistan. It-telfa ta’ Hamza bin Laden se xxekkel lill-grupp al-Qa’ida milli…

Aktar