Kurżitajiet
F’Istati Uniti – avviż li l-kafè jġib miegħu l-kanċer

Il-kafè f’Kalifornja jaf jibda jinbiegħ b’avviż li javża kontra r-riskju tal-kanċer.

Skont il-Council for Education and Research on Toxics, il-kimika acrylamide li tinsab fil-kafè taf tikkawża l-kanċer.

Din il-kimika tinħoloq meta ninkaljaw iż-żerriegħa tal-kafè.

Fl-2010, il-Council for Education and Research on Toxics saħansitra tellgħet bosta kumpaniji li jagħmlu jew ibiegħu l-kafè l-qorti bħal Starbucks fuq il-fatt li qatt ma javżaw dwar dan il-periklu.

Il-biċċa l-kbira tal-kumpaniji qablu li jibdew javżaw lill-klijenti dwar dan ir-riskju.

Ix-xafra hija waħda taqta’ miż-żewġ naħat l-għaliex, kienu bosta l-istudji li kkonfermaw il-benefiċċji li għandu l-kafé fuq is-saħħa tal-bniedem. L-istudji kienu sabu li l- kafè inaqqas ir-riskju tal-mard tal-qalb, tad-dijabete, tal-Alzheimer’s, il-kanċer tal-ġilda u dak tal-prostata.

Iżda studji riċenti qed jippuntaw lejn il-preżenza ta’ din il-kimika li hija velenuża għall-bniedem. Din il-kimika insibuha wkoll fil-ħobż, fis-cereal, fis-sigaretti, fiż-żebbuġ iswed tal-bott u fil-cookies.

Skont l-uffiċjal tal-Council for Education and Research Raphael Metzger, il-pajjiż qed ibati mill-epidemija tal-kanċer li jemmen tinbet mill-ikel ikkunsmat.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Ix-xjentisti qed jagħmlu passi ’l quddiem fil-qasam tat-testijiet bijoloġiċi biex wieħed jintebaħ jekk uliedu jbatux mill-awtiżmu. Dan permezz ta’ testijiet tad-demm u tal-urina. L-istudju tagħhom eżamina tfal bi u mingħajr…

Kurżitajiet

Qassis fi Spanja ma ndunax li kien qiegħed iżewweġ 2 tfajliet. Iż-żwieġ sar fl-1901 fil-Knisja San Jorge, f’A Coruña fi Spanja. Iż-żwieġ bejn Elisa u Marcela huwa l-unika żwieġ bejn…

Kurżitajiet

L-ikel tal-klieb Gravy Train Dog Food tal-kumpanija J.M. Smucker ġew irtirati kollha mis-suq wara li nstabet fih mediċina li tintuża biex traqqad lill-klieb. L-FDA ħarġet stqarrija lbieraħ fejn wissiet lis-sidien…

Kurżitajiet

Xjentisti Amerikani qalu li r-riċerka wriethom li l-missirijiet jistgħu jgħaddu l-kanċer fl-għanqud tal-bajd (ovarju) lil uliedhom bniet. Nisa, li għandhom sfond ta’ kanċer fil-familja huma aktar suxxetibbli għar-riskju tal-kanċer fis-sider…

Aktar