Barranin
Fit-Tajlandja: Imħallef prova joqtol lilu nnifsu fil-Qorti

Imħallef Tajlandiż spara f’sidru f’awla tal-Qorti wara li għamel diskors rari kontra s-sistema ġudizzjarja tal-pajjiż.

Il-Ġimgħa, Kanakorn Pianchana ħeles 5 irġiel Musulmani li kienu mixlija bi qtil qabel ma messitu l-kuxjenza u pprova jneħħi ħajtu b’idejh filwaqt li ġibed dak kollu li kien qiegħed jiġri live fuq Facebook.

L-Imħallef ittieħed b’urġenza fi sptar fejn qed jirkupra mill-ġrieħi tal-isparatura.

Jidher li l-Imħallef prova jneħħi ħajtu b’idejh l-għaliex x’aktarx kien hemm xi indħil u pressjoni fil-każ. Fid-diskors li ta, l-Imħallef qal li l-proċess ġudizzjarjiu għandu jkun trasparenti u kredibbli u mhux isib ħatja lil nies innoċenti biex jinqeda bihom.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel fit-Tramuntana tal-Indja spiċċa bla kliem meta mar jidfen lil bintu u sab tarbija midfuna ħajja. Ir-raġel kien qed iħaffer il-qabar ta’ bintu li twieldet mejta meta sema’ għajta ta’…

Barranin

Ir-Russja qalet li mhix se tippermetti kunflitti bejn il-forzi Torok u Sirjani. Dan hekk kif issuktat l-offensiva mill-armata Torka fit-tramuntana tas-Sirja. Osservaturi qalu li l-irtirar tat-truppi tal-istati Uniti mir-reġjun, li…

Barranin

5 nisa Franċiżi weħlu bejn 5 snin u 30 sena ħabs wara li nstabu ħatja li ppruvaw iqabbdu ”bomba” f’karozza ħdejn il-Katedral ta’ Notre Dame, f’Pariġi. Il-każ imur lura għall-2016…

Barranin

Minn tal-inqas 14-il pulizija nqatlu u tlieta oħra ndarbu f’attakk għall-għarrieda fil-punent ta’ Messiku. Il-pulizija kienu qed iġorru ordni tal-Qorti f’El Aguaje, meta l-konvoj safa’ attakkat. Rapporti qed jgħidu li…

Aktar