Barranin
Fit-Tajlandja: Salvati l-ewwel 4 subien mill-għar Tham Luang

Inħarġu f’operazzjoni delikata u riskjuża l-ewwel erbat’itfal li ilhom ġimagħtejn maqbuda f’sistema ta’ għerien fit-Tajlandja. Il-kundizzjoni ta’ saħħithom ġiet deskritta bħala tajba. L-operazzjoni biex jinħarġu l-kumplament tat-tmient’itfal u l-kowċ tat-tim tal-futbol ġiet sospiża b’għaxar sigħat u se tissokta għada bit-tama li dawn jinħarġu f’xi ħin matul il-ġurnata tat-Tnejn. L-operazzjoni hi litteralment ġlieda mal-ħin billi hi mbassra aktar xita għall-jiem li ġejjin.

Wara ġimagħtejn ta’ taqtigħ il-qalb, it-tfal Tajlandiżi li ntilfu f’għerien parzjalment mgħarrqa fit-Tramuntana tat-Tajlandja, bdew jinħarġu wieħed wieħed b’diffikultajiet kbar f’operazzjoni li fiha qed jieħdu sehem għexerien ta’ għaddasa tal-post u oħrajn barranin.

L-ewwel subien inħarġu mill-għerien seba’ sigħat wara li l-awtoritajiet Tajlandiżi ħabbru li bdew l-operazzjoni ta’ salvataġġ.

Tim ta’ 90 għaddas espert, 40 mit-Tajlandja u 50 minn pajjiżi oħra studjaw is-sistema tal-għerien. L-aċċess għal fejn qegħdin is-subien u lura barra mill-għar hu diffiċli ħafna anki għall-aktar għaddasa b’esperjenza.

L-operazzjoni delikata mill-għaddasa bdiet il-Ħadd, għaliex ma setgħetx tistenna iżjed kemm għat-tfal kif ukoll minħabba l-biża’ li l-livell tal-ilma fl-għerien ikompli jogħla.

L-għaddasa qed jiggwidaw lis-subien mill-passaġġi dojoq fid-dlam nofshom mgħarrqa bl-ilma lejn l-bokka tal-għar. Dan l-istess passaġġ diġà sewa l-ħajja ta’ eks għaddas tal-qawwa navali Tajlandiża nhar il-Ġimgħa.

Il-kap tal-operazzjoni ta’ salvataġġ qal li l-missjoni miexja ħarir. Madankollu, l-operazzjoni waqfet għal 10 sigħat minħabba li waqa’ l-livell tal-ossiġnu fl-għerien u issa mistennija tkompli t-Tnejn filgħodu.

Il-Korrispondent ta’ Reuters, Panu Wongcha-Um qal “we have been told that this operation could take up to three to four days and we were told that they will gradually bring the boys out, one by one, with two divers per one of the trapped boys. What we know also is that the authorities say they are racing against time and this is the perfect opportunity, as the rain is about to arrive and if they don’t act now they may have to reassess and the rescue operation may have to be delayed for a long time.”

Biex jinħargu minn dan l-abbiss, it-tfal iridu jimxu, jixxabtu u jgħoddsu fi dlam ċappa ggwidati minn ħbula li tpoġġew apposta għall-operazzjoni ta’ salvataġġ biex joħorġu minn fejn qegħdin. Kull tifel qed ikun akkumpanjat minn żewġ għaddasa fil-vjaġġ tiegħu ‘l barra mill-għar.

L-agħar biċċa tal-vjaġġ tinsab nofs triq, f’parti magħrufa bħala T-Junction, li tant hija dejqa li l-għaddasa jridu jneħħu t-tank tal-ossiġnu minn wara daharhom sabiex jgħaddu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fl-Istati Uniti, in-nominat mill-President Donald Trump għall-Qorti Suprema, l-Imħallef Brett Kavanaugh, qal li mhux se jħalli akkużi foloz jitfgħuh ‘l barra mill-proċess tan-nomina. Waqt intervista fuq Fox News, Kavanaugh qal…

Kurżitajiet

Fil-Portugall, arkeologi sabu vapur ta’ 400 sena mgħarraq barra l-kosta tal-Portugall, qrib il-kapitali Lisbona. Esperti qed jgħidu li din is-sejba hija l-ikbar l-iskoperta fl-aħħar għaxar snin. Ħwawar, biċċiet taċ-ċeramika, u…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti li ġiegħel lil bintu żgħira tidħol f’magna biex tisraq il-ġugarelli nqabad u tressaq quddiem il-Qorti. Huwa nkixef b’filmat tas-sigurtà li ttella’ fuq il-midja soċjali mill-Pulizija ta’ Salem…

Barranin

Baħħar Indjan spiċċa mitluf f’nofs l-Oċean Indjan midrub serjament wara li d-dgħajsa tiegħu ġarrbet ħsarat kbar waqt maltempata. L-inċident seħħ il-Ġimgħa meta l-baħħar Abhilash Tomy spiċċa 3,200km ‘l barra mill-kosta Awstraljana…

Aktar