Asja
Fit-Tajlandja: Tinqaleb dgħajsa – għexieren mejta u bosta mitlufa

Dik li kellha tkun btala għat-turisti abbord id-dgħajsa The Phoenix spiċċat f’traġedja wara li għelbet kawża tal-maltemp qawwi li ħakem f’Phuket.

Aktar minn 20 tursit tilfu ħajjithom u għexieren oħrajn jinsabu mitlufa wara li nqalbet id-dgħajsa.

Aboord il-Phoenix kien hemm madwar 105 turist, bil-biċċa l-kbira minnhom Ċiniżi.

L-operazzjoni ta’ salvataġġ li ġiet sospiża mal-lejl issa reġgħet issoktat.

Madwar 48 passiġġier ġew salvati minn dgħajsa tat-tkarkir li kienet qiegħda fl-akkwati.

Dgħajsa oħra li wkoll spiċċat għelbet fil-maltemp kienet qed iġġor fuqha 39 turist, bil-biċċa l-kbira Ewropej. B’xorti tajba, id-39 turist kollha ġew salvati.

L-awtoritajiet ikkonċernati fetħu investigazzjoni biex tiddetermina l-għaliex xorta waħda ħarġu jbaħħru dawn id-dgħajjes minkejja l-maltemp qawwwi.

Aħbarijiet Oħra
Temp

Fil-Ġappun aktar minn 30 persuna tilfu ħajjithom u mijiet oħra jinsabu l-isptar għall-kura kawża tas-sħana qawwija li ilha għaddejja sebat’ ijiem. It-temperatura qed tlaħħaq kważi 41 grad celcius li hija…

Annimali

Klieb ta’ razez differenti nġabru f’Londra biex jieħdu sehem fl-iswimming gala organizzata minn rover.com. Christopher Cederskog minn rover.com qal li l-klieb minbarra li jħobbu jesploraw kull fejn ikunu għandhom għal…

Barranin

It-traġedja f’Missouri tard ilbieraħ wara l-għarqa ta’ dgħajsa bit-turisti ħalliet 17-il vittma li disa’ minnhom huma mill-istess familja. Il-gvernatur ta’ Missouri Michael Parson qal li Tia Coleman ikkonfermat miegħu li…

Barranin

Bosta artisti ngħaqdu flimkien fit-Tajlandja biex ħolqu kapulavur mill-isbaħ bix-xibhat tal-eroj li salvaw lit-12-il tifel u l-kowċ tagħhom mill-mewt, wara li nqabdu f’għar perikoluż fit-Tajlandja. Il-pittura tpittret ma’ ħajt f’Chiang…

Aktar