Barranin
Fit-Tuneżija: Il-President ikeċċi lill-PM u jissospendi l-Parlament

Il-President tat-Tuneżija, Kais Saied keċċa lill-Prim Ministru u ssospenda l-Parlament wara l-protesti vjolenti li kien hemm madwar il-pajjiż.

Eluf ta’ persuni, irrabjati għall-mod kif il-gvern mexxa matul il-pandemija tal-Covid-19, niżlu fit-toroq. Ħafna minnhom kellhom xi jgħidu mal-pulizija.

Il-President Saied ħabbar li se jieħu t-tmexxija tal-pajjiż f’idejh bl-għajnuna ta’ prim ministru ġdid. Qal, li l-għan tiegħu hu li jerġa’ jkun hemm il-kalma fil-pajjiż. Madankollu. huwa qed jiġi kkritikat li wettaq kolp ta’ stat.

Wara li keċċa l-gvern, il-President ilbieraħ filgħaxija ngħaqad mal-folla fit-toroq.