Barranin
Fit-Turkija: Erdogan wiegħed li se jsalva l-baħar Tork ta’ Marmara mit-tniġġis

Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan wiegħed li se jsalva l-baħar Tork ta’ Marmara mit-tniġġis. Lega ħoxna ta’ ħmieġ qed tinfirex b’rata mgħaġġla lejn il-kosta tan-nofsinhar ta’ Istanbul u qed tikkawża theddida lill-ħajja marittima u l-industrija tas-sajd.

Sa issa, għadha mhix magħrufa fiċ-ċert il-kawża ta’ dan it-tniġġis għalkemm jidher li t-tibdil fil-klima u t-tniġġis huma kawża ewlenija ta’ dan il-ħmieġ fil-baħar.

Il-Ħadd iltaqgħu uffiċjali mill-Ministeru tal-Ambjent biex fasslu pjan t’azzjoni bil-għan li jipproteġu dan il-baħar.